🇬🇧 New restrictions to contain the spread of COVID-19
🇲🇹 Restrizzjon…ijiet ġodda biex tiġi miġġielda l-imxija tal-COVID-19.

🏬 L-ebda stabbiliment ma jista’ jippermetti nies bil-wieqfa;

🎶 Se jingħalqu kompletament discos u nightclubs;

🍻Il-bars u l-Każini jistgħu jiftħu jekk iservu ikel, bħal patters u snacks, mad-drinks, lill-klijenti li jkunu bilqegħda;

⛵ M’humiex se jkunu permessi boat parties fl-ebda ċirkostanza;

⛪ It-tiġijiet se jitħallew isiru tiġijiet bilqegħda (sit-down) biss, madanakollu ż-żfin mhuwiex se jkun permess. Ir-restrizzjonijiet ta’ numru ta’ mistednin li tħabbru fil-ġimgħat li għaddew jibqgħu fis-seħħ;

👥 Min-nhar l-Erbgħa wkoll, mhumiex se jkunu permessi ġemgħat t’iktar minn 15-il persuna fi spazji pubbliċi;

😷 Se jkun estiż ukoll l-użu obbligatorju tal-maskri għal postijiet pubbliċi fuq ġewwa, u se jkunu estiżi wkoll l-multi għal min ma jsegwix din il-miżura; See More



Source link