Anzjana ta’ 96 sena hija r-raba’ vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna. Dan kien konfermat kmieni dalgħodu mill-awtoritajiet tas-saħħa.

L-anzjana li kienet qed tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, kellha kumplikazzjonijiet oħrajn tas-saħħa.

Hi kienet ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-16 ta’ April wara li kienet ddaħħlet fl-isptar Mater Dei. L-anzjana mietet fl-Isptar, matul il-lejl li għadda. 

L-awtoritajiet mill-ġdid qed jappellaw biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, għax b’hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Ikkummenta

//= $special ?>





Source link