Fl-aħħar 24 siegħa wara li saru 738 swab irriżultaw 8 każijiet pożittivi għall-Covid-19 f’Malta, 7 trasmissjoni lokali u każ ieħor relatat ma’ safar.

It-total issa tela’ għal dak ta’ 196.

Prof. Charmaine Gauci qalet li l-każi kollha li nstabu fl-aħħar 24 siegħa kollha jinsabu f’kundizzjoni tajba. B’kollox s’issa hemm 10 każijiet l-IDU.

Fost il-każijiet hemm ta’ tfajla Maltija ta’ 22 sena li kienet tiġi minn persuna li lbiraħ li marret vaganza l-Marokk. Il-familja tagħha kienet tpoġġiet fi kwarantina.

Fl-appel tagħha Profs. Gauci qalet biex dawk kollha li jħossu s-sintomi ma joħorġux mid-dar, u jċemplu fuq in-numru 111.

Ikkummenta

//= $special ?>





Source link